Sentenza sospiża wara li għamel dikjarazzjoni falza ma’ Identity Malta

Alġerin ingħata sentenza sospiża u se jintbagħat lura lejn pajjiżu wara li għamel dikjarazzjoni falza ma’ Identity Malta.
Huwa kien ilu ħamest ijiem f’Malta u kien joqgħod f’Santa Venera.
L-Ispettur qal lill-Qorti li l-akkużat ikkollabora fl-investigazzjonijiet.
Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera tat lill-Alġerin sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.