Sentenza sospiża wara li bagħat ritratti indiċenti lil minoreni

Sentejn ħabs sospiżi għal żagħżugħ ta’ 25 sena li nstab ħati li sforza minorenni biex tipparteċipa f’attivitajiet sesswali miegħu wara li bagħtilha ritratti indiċenti tiegħu.
Missier it-tifla, li dak iż-żmien kellha 16-il sena, kien irraporta li bintu kienet qed tiċċettja mal-akkużat u li l-akkużat kien bagħtilha r-ritratti.
Matul l-investigazzjoni l-akkużat ammetta li r-ritratti kienu tiegħu.
Min-naħa tagħha t-tfajla ammettiet li gidbet lill-akkużat meta qaltlu li kellha 18-il sena.