Sentenza sospiża u multa għal żagħżugħ li għamel ħsara fuq vettura

Żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Birkirkara ngħata sentenza sospiża u multa wara li wieġeb ħati li għamel ħsara fuq vettura.

Iż-żagħżugħ kien akkużat li lbieraħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara, għamel ħsara fuq vettura għad-dannu ta’ persuna ta’ sess femminili. Hu kien akkużat ukoll talli kellu fuqu arma mingħajr liċenzja tal-pulizija.

Huwa ngħata sentenza sospiża għal tliet snin, multa u ordni sabiex iħallas il-ħsara li għamel fuq il-vettura.