Sentenza sospiża tinbidel f’waħda ta’ ħabs wara li darbu Pulizija

Ħamest irġiel li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn il-25 u t-58 sena ngħataw sentenza ta’ ħabs wara li kienu darbu żewġ uffiċjali tal-Pulizija. 
Iktar kmieni, il-Qorti kienet tat lill-istess irġiel sentenza sospiża ta’ ħabs, iżda l-Qorti tal-Appell dawwret din is-sentenza f’waħda ta’ ħabs.
Tnejn minnhom ingħataw sentenza ta’ sena priġunerija, tnejn oħra 14-il xahar filwaqt li raġel ieħor ingħata 20 xahar.
L-irġiel kienu nvoluti fi ġlieda fil-25 ta’ Settembru tal-2001 u li matulha kienu ndarbu żewġ uffiċjali tal-Pulizija, wieħed minnhom b’mod gravi.
L-uffiċjali tal-Pulizija intervjenew biex iwaqqfu ġlieda li kienet inqalgħet wara tieġ f’Marsaskala.