Sentenza sospiża lill-omm li bintha mietet waqt li hi kienet fuq Facebook

L-omm, li bintha ta’ disa’ xhur mietet waqt li hi kienet fuq Facebook, ingħatat is-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal tliet snin.
Il-każ kien seħħ f’Awwissu tal-2012 meta l-omm, li kellha 17-il sena, kienet qed taħsel lil bintha waqt li tibgħat il-messaġġi fuq Facebook.
L-awtopsja kienet ikkonfermat li t-tarbija mietet mgħarrqa minħabba l-ammont ta’ ilma li belgħet.
Fil-Qorti ġew ippreżentati wkoll chats tal-omm fuq il-mezzi soċjali.
Il-każ instema’ fil-magħluq, bil-Qorti tiddeċiedi li l-isem tal-omm ma jixxandarx minħabba li kienet taħt l-età meta seħħ il-każ.