Raġel li kien fuq btala Malta ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li ħebb għal għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija f’Paceville.
Fil-Qorti l-Iżvizzeru Ricardo Javier Ordonez wieġeb ħati li ħebb għall-pulizija, li kien fis-sakra, u li kkaġuna ħsara fuq proprjetà privata.
Ir-raġel ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u laqqat multa ta’ €1,300.
Il-Maġistrat kienet Charmaine Galea.