Sentenza sospiża għall-mara li ggranfat il-parti privata ta’ żewġha

Raġel ta’ 71 sena kellu l-parti privata tiegħu salvata mit-tobba tal-Isptar Mater Dei, wara li martu li hi 20 sena iżgħar minnu ggranfatlu l-parti privata. Il-każ jmur lura għal Settembru 25 tas-sena l-oħra. Il-koppja kellha argument dwar binhom li ma kienx qed imur tajjeb l-iskola. Ir-raġel qal li l-mara provokatu u akkużatu li kien pedoflu u li kellu l-vizzju tad-droga.

Il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-konsulent li qal lir-raġel kellu testikola tax-xellug mdendla mill-iskrotu iżda minkejja dan irnexxillhom isalvawha.

Eva Langridge Stastna, 51, ġiet akkużata li kawżat ġrieħi gravi lil żewġha.

Fid-dawl li din kienet l-ewwel darba li l-akkużata xellfet difrejha mal-ġustizzja, hi ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin. Il-Qorti ordnat li Langridge Stastna tingħata kura psikoloġika. Il-Qorti ħarġet protezzjoni lill-vittma mill-akkużata valida għal 3 snin.

Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.