Sentenza sospiża għall-Ispanjoli li kissru l-karozzi għall-gost

Żewġ Spanjoli tressqu l-Qorti wara li lbieraħ nqabdu jkissru sitt karozzi fis-Swieqi. 
Alfonso Lorente Heuia ta’ 24 sena u sieħbu Adolfo Romero Serranno ta’ 23 sena weħlu sentenza ta’ 22 xahar priġunerija sospiżi għal sentejn.
L-Ispanjoli kellhom iħallsu €1,300 f’danni.
L-arrest taż-żgħażagħ kien possibbli grazzi għall-intervent ta’ eks pulizija li kien fl-akwati u persuna oħra li lemħithom jivvandalizzaw.
Għaxart ijiem ilu, Newsbook.com.mt tella’ filmat li juri tliet żgħażagħ jagħmlu ħsara fuq vetturi pparkjati.  Madanakollu f’dan il-filmat, iż-żgħażagħ bdew jitkellmu bil-Malti.