Sentenza sospiża għal żagħżugħ li wettaq frodi

Żagħżugħ ta’ 16-il sena ngħata sentenza sospiża ta’ 20 xahar wara li nstab ħati li seraq €132,000 minn kumpanija bbażata f’Malta.

Iż-żagħżugħ Finlandiż irnexxielu jsib lakuna fil-kumpanija tal-logħob onlajn biex jittrasferixxi flus fil-kont bankarju tiegħu.

Il-midja Finlandiża rrappurtat ix-xahar li għadda dwar dan iż-żagħżugħ li rnexxielu jsib mod f’din is-sistema kif jikkanċella t-talba għall-ġbid tal-flus ta’ ħaddieħor biex minflok, il-flus imorru f’butu.

Il-ġenituri taż-żagħżugħ weħlu multi wkoll: missieru jrid iħallas lura l-€14,500 li poġġa fil-kont tiegħu b’ħasil tal-flus, filwaqt li ommu għandha tħallas €2,300 u tirritorna mutur ta’ aktar minn €5,000 li kisbet bi flus misruqa.