Sentenza sospiża għal raġel li hedded bil-mewt

Raġel ta’ 47 sena mill-Mosta ngħata sentenza sospiża wara li wieġeb ħati li hedded lil raġel ieħor bil-mewt.

Hu ammetta wkoll li kien fil-pussess ta’ munizjon mingħajr liċenzja kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar.

Ir-raġel ingħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar filwaqt li kkonfiskat il-munizjon u neħħietlu l-liċenzja tal-arma tan-nar għall-perjodu ta’ ħames snin.