Sentenza sospiża għal mara li qalet li kienet inħatfet

Mara li kienet qed issostni li nħatfet, ingħatat is-sentenza ta’ xahar priġunerija sospiża għal sena.
Fil-Qorti ntqal li l-mara kellha argument mal-maħbub tagħha u wara bdiet titkellem ma’ żewġt irġiel Libjani.
Intqal ukoll li meta ntlemħet mill-Pulizija staqsewha jekk kellhiex bżonn l-għajnuna peress li kienet fis-sakra.
Il-mara marret fil-karozza ma wieħed mill-irġiel li ħadha fl-appartament tiegħu u meta qamet l-għada rrealizzat li r-raġel kien telaq u li kien għalaq l-bieb tal-appartament warajh.
Il-mara talbet l-għajnuna biex toħroġ u wara bdiet tallega li kienet inħatfet il-lejl ta’ qabel kontra l-volontà tagħha.
Il-Libjan kien għamel tmien sigħat arrestat biex jgħin fl-investigazzjonijiet.
Il-Pulizija kienu sabu ritratti fil-mowbajl tal-Libjan li kienu juru li l-att sesswali mal-mara kienu konsenswali.