Sentenza sospiża għal mara akkużata b’kompliċità f’żewġ serqiet

Mara ta’ 27 sena ngħatat sentenza ta' sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ammettiet kompliċità f’żewġ serqiet fuq anzjana u minn banka tal-lottu.
Fil-Qorti nstema’ li l-mara kkoperat fl-investigazzjonijiet u li darba kienet passiġġiera ud arb’oħra saqet meta żewġt irġiel wettqu r-reati.
Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni qablet mas-sentenza tal-Qorti minħabba li l-mara għandha kondotta nadifa.