Sentenza sospiża għal Ekwadorjana li kellha dokument falz

Ekwadorjana ta’ 22 sena tressqet il-Qorti akkużata li kellha karta tal-identità falza meta marret tiġbor ċertifikat tal-kondotta biex issib xogħol.
Hija kienet akkużata li kellha dokument Taljan falz meta hi ma kellhiex din iċ-ċittadinanza.
Fil-Qorti ntqal li l-mara għażlet li taħdem f’xogħol onest u li ma kienx hemm malizja fid-deċiżjoni li tippreżenta dokument falz.
Intqal ukoll kien kienet deċiżjoni mgħaġġla tal-akkużata, li biddlet id-dokument biex ikollha ċittadinanza Ewropea u tkun tista’ taħdem f’Malta.
Hija ngħata sentenza sospiża għal tliet snin.