Sentenza oħra ta’ priġunerija għal Sqalli li reġa’ ta fastidju lill-eksmaħbuba

Sqalli ta’ 41 sena, li diġà għamel 30 xahar il-ħabs wara ta fastidju lill-eksmaħbuba tiegħu, ingħata s-sentenza ta’ 40 xahar priġunerija fuq l-istess akkuża.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien imur l-isptar Mater Dei u jqatta’ sigħat sħaħ hemmhekk isegwi l-vittma.
Huwa kien jibgħat ittri lill-eksmaħbuba u kien ukoll imur quddiem ir-residenza tal-ġenituri tagħha fejn tgħix.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, il-Qorti ordnat ukoll li r-raġel jingħata kura psikjatrika.