Sentenza mnaqqsa wara li nstab ħati li tajjar raġel

Żagħżugħ ta’ 29 sena kellu s-sentenza mibdula wara li kien ingħata sentenza talli tajjar raġel li kien qed jiġri fit-triq. Huwa kien instab ħati ta’ nuqqas ta’ attenzjoni.

F’Jannar ta’ ħames snin ilu, Kevin Ellul mill-Mosta nstab ħati li qatel lil Emanuel Formosa ta’ 59 sena, wara li tajru b’karozza fi Triq Durumblat, il-Mosta stess.

Iż-żagħżugħ u l-Avukat Ġenerali kienu appellaw mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

L-Imħallef qal li sentenza ta’ inqas minn sentejn tista’ tinbidel jekk l-akkużat ma jagħmilx reati oħra. Minn tliet snin, is-sentenza inbidlet għal sentejn, sospiżi għal erba’ snin.