Sentenza ħabs għal eks konsulent ta’ Trump

George Papadopoulos, l-eks konsulent tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, ingħata sentenza ta’ erbatax-il jum ħabs.

Dan wara li xhur ilu, il-kummenti tiegħu kienu taw bidu għall-inkjesta mill-Istati Uniti dwar allegat ftehim bejn ir-Russja u l-Istati Uniti fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali tal-2016.

Fil-qorti ta’ Washington DC, Papadopoulos li għandu 31 sena sostna li kien patrijottiku lejn l-Amerika u li għamel żball meta gideb.

Ammetta li f’Ottubru li għadda, kien gideb lill-FBI dwar id-data ta’ meta saru l-laqgħat ma’ allegati persuni qrib il-Gvern Russu.

Huwa kien l-ewwel eks-konsulent ta’ Trump li ġie arrestat.