Sentenza ġdida għal Pistorius f’Ġunju

L-atleta Paraolimpiku, Oscar Pistorius, mistenni jingħata sentenza ġdida dwar il-qtil tal-ekstfajla tiegħu Reeva Steenkamp fl-2013.
Pistorius kien instab ħati ta’ qtil mingħajr intenzjoni u kien intbagħat ħames snin ħabs imma wara appell, il-Qorti dawret il-verdett għal qtil b'intenzjoni, li għandha ġġorr sentenza iktar gravi.
Bħalissa, Pistorius għadu jqatta’ s-sentenza ta’ ħabs mid-dar ta’ zijuh.
Is-sentenza l-ġdida mistennija tingħata għal nofs Ġunju.