Sentejn u nofs priġunerija wara li seraq €4,000 minn ħanut tal-logħob

David Delia ta’ 20 sena minn Bormla ngħata sentenza ta’ sentejn u nofs priġunerija u mmultat €2,300 wara li ammetta li seraq b’€4,000 minn ħanut tal-logħob fi Triq is-Santwarju, f’Ħaż-Żabbar.
Huwa ammetta wkoll li kellu pistola falza, li kien qed isuq vettura mingħajr il-polza tal-assigurazzjoni, li sar riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fuq każ ieħor.
Waqt is-serqa nzerta li kien hemm mara li nżammet mill-akkużat kontra l-volonta tagħha.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Jean Paul Vella ta’ 26 sena minn Ħaż-Żabbar u li kien jaħdem f’dan l-istess ħanut tal-logħob kien kompliċi ma’ Delia fis-serqa.
Vella kien qed joħroġ ma’ oħt Delia.
Huwa ngħata s-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal sentejn wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.