Sentejn priġunerija wara li nstab li kellu l-kokaina

Raġel ta’ 52 sena ngħata s-sentenza ta’ sentejn priġunerija u mmultat €2,000 wara li nstab ħati li kellu l-kokaina.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel kien twaqqaf mill-Pulizija waqt roadblock f’Novembru tal-2007 u fi tfittxija li saritlu nstab li kellu tliet boroż bid-droga.
L-akkużat kien qed isostni li d-droga kienet għall-konsum personali iżda l-Qorti ddeċidiet li l-aħjar mod biex jieqaf mid-droga huwa li jagħmel il-programm tar-rijabilitazzjoni.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-Qorti kkunsidrat ukoll li r-raġel diġà kellu 10 akkużi kontrih.