Sentejn priġunerija wara li kkawża l-mewt ta’ sewwieq ta’ quadbike

Sentejn priġunerija għal Ingliż li l-Qorti sabitu ħati li kkawża l-mewt ta’ Malti ta’ 60 sena li kien qed isuq quadbike fl-2012.
Justin West, li għandu 43 sena, instab ħati bi qtil involontarju ta’ Antonio Grixti, li kien qed isuq b’mod perikoluż u li kkawża ħsara fuq tliet vetturi oħra meta f’Ġunju tal-2012 baqa’ dieħel fihom fi Triq St Andrew’s f’San Ġiljan, meta kien qed isuq fis-sakra.
Minbarra s-sentejn priġunerija, lil West itteħditlu l-liċenzja tas-sewqan għal tliet snin.