Sentejn priġunerija u multa wara li ammetta l-akkużi b’rabta mad-droga

Raġel ta' 63 sena residenti r-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar u pussess ta' droga eroina u talli sar reċediv.
Grezzju Spiteri ġie akkużat fost l-oħrajn illi fit-12 ta' Mejju tas-sena li għaddiet u f'okkażjonijiet oħra qabel, kien fil-pusses ta' droga li nstabet f'ċirkostanzi li jirriżultaw li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh u ngħata sentenza ta' sentejn priġunerija u multa ta' €3,000.
Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud ordna wkoll li jingħata trattament għall-problemi psikoloġiċi u abbuż ta' droga.
L-imputat ibbenefika minn tnaqqis għal piena minħabba koperazzjoni mal-pulizija dwar min kien ipprovdielu d-droga.