Sentejn mill-qtil ta’ Daphne, is-seduta tal-parlament se titħassar

DOI - Jason Borg

Read in English.

ll-Parlament għadu mhux se jiltaqa’ b’sinjal ta’ rispett f’għeluq it-tieni anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-whip Laburista Byorn Camilleri qal li hi l-intenzjoni tal-Gvern li l-parlament bil-kumitati tiegħu kollha ma jiltaqax biex jiġi kkomemorat it-tieni anniversarju tal-qtil tal-ġurnalista.

Min-naħa tiegħu, l-whip Nazzjonalista Robert Cutajar qal li t-talba oriġinali saret mill-Oppożizzjoni għax kieku kien għal Gvern kien jibqa’ miexi b’seduta normali.

Il-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li b’sens ta’ rispett il-parlament fl-intier tiegħu m’għandu jiltaqa’ biex kulħadd ikollu l-opportunità li jagħmel il-kommemorazzjoni li jħoss li għandu jagħmel f’dawn iċ-ċirkustanzi.