Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Mercieca

Nhar l-Erbgħa li ġej jaħbat it-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca.
Għal dan l-anniversarju l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca.
Din se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, fiż-Żejtun, il-parroċċa li fiha miet, fis-6:30pm.
Fi stqarrija, il-Kurja appellat biex l-Insara jinġabru għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil-21 ta’ Marzu 2016, fl-età ta’ 87 sena.