Sentejn mill-mewt tal-attriċi Doris Bonello

Doris Bonello

Kien bħal-lum sentejn li x-xena tad-drama Maltija tilfet l-attriċi maħbuba Doris Bonello. Hija mietet nhar l-4 ta’ Ottubru tal-2018 fl-eta ta’ 57 sena.

Bonello kienet tirreċta u anki timmudella waqt diversi programmi u kienet magħrufa għall-karattru umli u ġenwin tagħha.

Fost is-sensiliet ta’ drama li ħadmet fihom insibu Santa Monika fejn kienet tinterpreta l-karattru ta’ Anna. Hija kienet waħda minn ħames atturi li ħadmu f’din is-sensiela sa mill-bidu tagħha fl-2005 sat-tmiem fl-2018.

Hija kienet ħadmet ukoll fis-sensiela Grammi, l-addattament televiżiv tar-rumanz ta’ Gino Lombardi. Kienet dehret ukoll fil-parti ta’ gwardjana fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa.

Strieħ fis-Sliem.