Sentejn ħabs wara li hedded pulizija nisa

Sentenza ta’ sentejn priġunerija għas-Somalu li fil-Qorti ammetta li lbieraħ hedded żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Abdifatah Abdi ta’ 20 sena residenti Raħal Ġdid hedded żewġ pulizija nisa u tefa’ ġebel fid-direzzjoni ta’ karozza tal-pulizija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 tal-bieraħ filgħaxija meta l-pulizija sabu lil Abdi jargumenta ma’ prostituta fil-Marsa.
Minbarra sentejn priġunerija, is-Somalu ngħata multa ta’ €4,000.