Sentejn ħabs wara li ffrankaha erba’ darbiet

Raġel ta' 34 sena minn Birkirkara, li kien wieħed miż-żewġt irġiel li nqabdu jisirqu minn dar fil-Mellieħa, intbagħat sentejn ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti kkonfiskat ukoll €4,000 li kienu depożitati biex jingħata l-ħelsien mill-arrest. 
Hu ammetta li seraq numru ta' oġġetti mid-dar fil-Mellieħa u li kiser il-libertà kundizzjonata f'erba' każi separati. 
Ir-raġel l-ieħor, li għandu 43 sena u residenti Burmarrad, wieġeb mhux ħati u għadu qed jinżamm arrestat.