Sentejn ħabs talli weġġa’ lill-mara ta’ ħuh

Robert Aguis ta’ 29 sena minn San Pawl il-Baħar intbgħat sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa u multa ta’ €900 talli weġġa’ serjament lill-mara ta’ ħuh.  

Il-każ imur lura għall-10 t’Awwissu, għall-ħabta tas-6pm meta Aguis attakka lil Stephanie Attard b’sikkina waqt argument familjari. Din tal-aħħar ġiet rikoverata fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Aguis ġie akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar u li kiser regolament tal-Qorti. L-akkużat ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.