Sentejn ħabs sospiżi wara li darab raġel ieħor f’Għawdex

Raġel weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li darab raġel ieħor f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel Eġizzjan ta 51 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Ir-raġel ġie akkużat li fid-9 ta’ Marzu, għall-ħabta tad-9.30am, uża arma taqta’ u bil-ponta u kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq raġel Eġizzjan.

Hu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u b’hekk instab ħati.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.