Sentejn ħabs għat-traffikar tal-kokaina f’Għawdex

Raġel ta’ 34 sena ntbagħat sentejn ħabs wara li nstab ħati għat-traffikar tal-kokaina f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li tressaq il-Qorti ta’ Għawdex ilbieraħ filgħaxija wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ir-raġel ġie akkużat bit-traffikar u pussess aggravat tad-droga kokaina u bil-pussess sempliċi tad-droga kannabis u eroina, li renda ruħu reċediv, u li wettaq dawn ir-reati f’distanza ta’ inqas minn 100 metru ta’ post frekwentat miż-żgħażagħ.