Sensiela ta’ attivitajiet mill-ASMK

Illum se jitkompla l-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 hekk kif se tittella’ l-ħdax-il attività ta’ dan l-istaġun. Din ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi f’Ta’ Qali u tibda fit-8.00pm.

Matul il-Ħadd li ġej l-Assoċjazzjoni se torganizza wkoll attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 li mistennija tibda fl-10.00am ġewwa San Lawrenz f’Għawdex. Din se tkun is-6 tiġrija tal-kampjonat u fi tmiemha ser ikun deċiż ir-rebbieħ tat-titlu. James Zahra jinsab fl-ewwel post tal-klassifika b’94 punt bl-eqreb rivali jkun Bernard Sammut b’87 punt.

Nhar is-Sibt 16 ta’ Ġunju l-istess Assoċjazzjoni kienet impenjata tħejji għal attività li involviet sewwieqa tal-muturi Motocross. Stefan Dimech, Bernard Sammut u Jethro Sant ġew l-ewwel fi Klassi A, Klassi B u Klassi Veterans rispettivanment filwaqt li Kyle Camilleri tħabbar bħala r-rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018.

Miġjub lilek minn Hublot