Senatur Awstraljan miżmum milli jidħol fil-Malasja

Fil-Malasja, senatur Awstraljan kien miżmum milli jidħol fil-pajjiż minħabba li l-awtoritajiet qisuħ ‘riskju ta’ sigurtà’.

Is-senatur Nick Xenophon kien miżmum fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur dalgħodu u se jiġi deportat lura lejn l-Awstralja. Huwa kien jagħmel parti minn delegazzjoni Awstraljana li kienet mistennija li tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Malasja biex jiddiskutu l-elezzjonijiet li se jsiru.

Xenophan, huwa kritiku ħafna dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja.