Sena wara u l-abort għadu ma daħalx f’Malta – Dalli

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li minkejja li l-Partit Nazzjonalista beżża’ bl-abort, sena wara l-introduzzjoni tal-liġi dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, l-abort f’Malta għadu illegali.

AQRA: “Il-PN qed juża l-abort biex ibeżża”

Il-Ministru kienet qed titkellem fil-ftuħ tad-diskussjoni dwar abbozz li jemenda l-kodiċi kriminali u l-istess Att dwar il-Vjolenza Domestika. Hija qalet li minkejja li kienu biss 20 deputat tal-Oppożizzjoni li vvutaw kontra l-introduzzjoni ta’ din il-liġi, il-Partit Nazzjonalista baqa’ juża l-abort biex ibeżża’ n-nies.

AQRA: Vot għall-PL hu vot għall-abort – PN

Fissret li meta l-PN tilef kull argument waqt l-aħħar kampanja elettorali, reġa’ qajjem il-kwistjoni tal-abort billi dawwar l-elezzjonijiet f’referendum dwar l-abort. Iżda, saħqet Dalli, in-nies għal darb’oħra rrispondew bi kbir billi tennew il-fiduċja tagħhom fil-Partit Laburista.

Filmat: “L-elezzjoni hija wkoll referendum dwar l-abort” – Delia

Filmat: ‘Il-PN se jibqa’ l-vuċi tat-tarbija fil-ġuf li m’għandhiex vuċi’ – Delia

Filmat: “Il-Parlament aġġornat biex ma niddiskutux l-abort” – PN; “Sar farsa” – Farrugia