Sena u nofs ħabs wara li daħħal id-droga l-ħabs

Ġuvni ta’ 29 sena minn Santa Luċija ngħata sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs u kien immultat €1,000 wara li kien akkużat li daħħal id-droga fil-ħabs.

Jirriżulta li fix-xhur li għaddew, l-akkużat kien qed jittraffika u jbiegħ l-eroina fil-ħabs, bl-aħħar każ seħħ fil-jum tal-Ġimgħa meta vann inqabad jidħol il-ħabs bid-droga

Hu nstab li kien fil-pussess tad-droga li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.