Sena u nofs ħabs fuq serq ta’ basktijiet minn bajja

Mara ta’ 29 sena residenti Wied il-Għajn ingħatat sentenza ta’ sena u nofs ħabs wara li wieġbet ħatja li f’diversi jiem f’dan is-Sajf wettqet serq ta’ basktijiet b’diversi oġġetti fihom mill-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn stess, għad-detriment ta’ diversi persuni.

Il-mara kienet akkużata wkoll li laqgħat għandha oġġetti misruqa sabiex tbiegħhom filwaqt li nhar Santa Marija kisret il-provedimenti ta’ sentenza sospiża.

Hi ngħatat sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs.