Sena minn meta Simon Schembri tkaxkar minn karozza fuq xogħlu

CMRU

Propju llum, sena ilu, is-Surġent Simon Schembri, li kien pulizija tat-traffiku tkaxkar b’karozza minn żagħżugħ ta’ 17-il sena għax waqqfu sabiex jilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà.

Aqra: “Spiċċa nofsu mejjet fit-triq qisu kelb” – qarib ta’ Simon Schembri

Il-Korp tal-Pulizija fuq Facebook sostna li dan il-jum se jibqa’ dejjem imnaqqax fil-memorja tagħhom. Tennew li llum jiċċelebraw il-fejqan b’mod inkredibbli ta’ Schembri li wara l-inċident li kien seħħ f’Ħal Luqa tħalla jissielet għal ħajtu u saħansitra tilef idu.

Fil-messaġġ, il-korp ikkwota lil Schembri jgħid li jemmen li jrid juri kuraġġ f’dak kollu li jagħmel u qatt ma jaqta’ qalbu fil-ħajja. Sostna li meta hemm ir-rieda, mela hemm opportunità.

Aqra: Jinżamm arrestat iż-żagħżugħ li saq fuq pulizija; jaffaċċja 23 akkuża

Is-Surġent Schembri rritorna lura għax-xogħol propju fl-1 ta’ Mejju fit-Taqsima tat-Traffic Registry. Huwa qed jgħin ukoll lit-Taqsima tal-Midja tal-Pulizija l-aktar fejn jidħlu taħdidiet fl-iskejjel li għandhom x’jaqsmu mat-traffiku f’Malta.

Liam Debono, iż-żagħżugħ akkużat bl-attent ta’ qtil fuq Simon Schembri ngħata l-ħelsien mill-arrest f’Settembru li għadda fuq b’depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

Aqra: Iż-żagħżugħ li kaxkar lil Simon Schembri jinħeles mill-arrest