Sena mill-mewt ta’ Benny Casha

Bħal-lum sena miet Benny Casha ta’ Bronk Productions. Hu jibqa’ mfakkar għad-diversi produzzjonijiet fuq it-televiżjoni u dawk teatrali li kien ipproduċa, kif ukoll bosta films Maltin għaċ-ċinema. Kien ukoll il-moħħ wara l-pubblikazzjoni ta’ bosta kotba f’isem il-Bronk.

Ix-sena tal-ispettaklu f’pajjiżna kienet inħasdet sena ilu meta ħarġet l-aħbar li huwa miet fl-età ta’ 48 sena.

Benny kien ukoll magħruf fil-qasam tal-football u għal bosta snin kien jilgħab mas-Senglea Athletic u għal bosta snin kien ukoll il-President tal-klabb ta’ Senglea Athletic. Casha kien ukoll il-President tal-klabb tar-Regatta tal-Isla u anki għal xi żmien tal-klabb tal-boċċi ta’ Ħal Għaxaq kif ukoll membru fil-Kunsill tal-Malta Football Association.

Strieħ fis-sliem Benny.