Sena ħabs wara li ta xebgħa lil raġel f’Paceville

Serb ta’ 26 sena,  ingħata sentenza ta’ sena priġunerija, wara li nstab ħati li sawwat lil raġel ieħor, li kkonfrontah wara li repetutament ta fastidju lit-tfajla tiegħu f’Paceville sentejn ilu.
Il-każ seħħ f’Mejju 2014, meta l-vittma Clayton Grech flimkien mat-tfajla tiegħu Ingrid Galea kienu jixorbu fi stabbiliment.
Wara li l-akkużat qabdilha idha aktar minn darba, il-vittma tefagħlu l-ilma.
F’dak il-mument, Aleksander Marinkovich sejjaħ lil sħabu u rritalja b’mod vjolenti, bil-konsegwenza li Grech sofra ġrieħi gravi f’wiċċu.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli sabet lil Marinkovich ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.