Sena ħabs talli niżżel pornografija tat-tfal

Raġel intbagħat sena ħabs talli niżżel mill-internet filmati li fihom jidhru tfal żgħar mġiegħla jagħmlu atti sesswali.

Jirriżulta li t-tfal li ġew sfruttati fil-filmati kellhom inqas minn għaxar snin.

Waqt l-għoti tas-sentenza, il-Qorti qalet li l-pornografija tat-tfal tista’ titqies fost l-agħar reati, iktar u iktar meta persuna adulta tieħu gost tara tfal sfruttati għal skapitu sesswali.

Il-Qorti rrimarkat li l-akkużat,suppost hu iktar konxju ta’ dan ir-reat minħabba li hu missier ta’ żewġt itfal li l-età tagħhom hi l-istess bħal ta’ dawk li jidhru fil-filmati.