Sena ħabs inqas għar-raġel li sawwat avukat

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali naqqset b’sena s-sentenza ta’ erba’ snin ħabs lil raġel mill-Marsa li nstab ħati li sawwat u darab lill-Avukat Tonio Azzopardi 13-il sena ilu.

L-Imħallef Giovanni Grixti ddeċieda li Philip Camilleri ta’ 39 sena kellu jeħel fuq seba’ akkużi minflok tmienja.  Kawża tas-swat, l-avukat żviluppa problema fis-smigħ, hekk kif spiċċa b’tanbur ta’ widna mtaqqab.

F’Lulju tal-2006, l-akkużat u missieru ħebbew għall-avukat fl-uffiċċju tiegħu f’argument dwar depożitu ta’ €11,600.  Fil-Qorti kien instema’ li huma ma kinux klijenti ta’ Dr Azzopardi, iżda l-avukat kien qed jidher għal mart missier l-akkużat bħala l-avukat tal-għajnuna legali, f’kawża kontra l-istess missier.

Missier l-imputat kien miet waqt il-proċeduri tal-Qorti.