Sena ħabs għall-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi ingħata sentenza ta’ sena ħabs, wara li nstab ħati li għamel arranġamenti biex informazzjoni dwar l-arrest ta’ rival tiegħu ħarġet fil-gazzetta ta’ ħu Berlusconi.

Aktarx li Silvio Berlusconi se jappella s-sentenza, u sakemm jinstema’ l-appell se jibqa’ ħieles.

Fil-preżent diġà għandu żewġ akkużi kontrih, waħda fuq frodi fit-taxxi u oħra dwar allegazzjonijiet li ħallas għas-sess ma’ prostituta taħt l-età.