Sena ħabs għal ġuvni ta’ 25 sena fuq serq

Ġuvni ta’ 25 sena mill-Furjana ingħata sentenza ta’ sena ħabs wara li ammetta akkużi ta’ serq u li sar riċediv.

Hu kien akkużat li l-Erbgħa wara nofsinhar seraq kompjuter minn karozza f’Santa Venera. Il-ġuvni li għandu problema ta’ droga jidher li kkopera mal-Pulizija u kien anke lest li jrodd lura l-oġġett misruq.

Il-ġuvni ingħata sentenza ta’ sena ħabs u kien ordnat li jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.