Sena ‘ħabs’ għal Berlusconi

Il-Qorti Taljana lbieraħ ikkonfermat is-sentenza ta’ sena ħabs għall-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi, li kien akkużat fuq frodi ta’ taxxa.

Huwa kien instab ħati f’Ottubru tas-sena li għaddiet fejn kien ingħata senteza ta’ erba’ snin ħabs. Din is-sentenza ġiet imnaqqsa għal sena skont il-liġi tal-amnestija tal-2006.

Berlusconi, li għandu 76 sena, mistenni jiskonta s-sentenza b’arrest f’daru jew billi jagħmel xogħol komunitarju.