Sena ġdida u jkomplu l-attivitajiet għall-ASMK

Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) bdiet bl-ewwel attivita tas-sena l-gdida.
Is-sezzjoni Enduro organizzat it-tieni attività barra l-kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali, fejn il-korsa tal-Motocross u dik tal-Autocross ġew mibdula f’korsa temporanja għal Muturi Enduro. 
Ħadu sehem f’din l-attività 15-il kompetitur fi Klassi A għall-muturi taħt il-250 ċilindrata u 16 il-kompetitur fi Klassi B għall-muturi ikbar minn 250 cilindrata.
Fi klassi A, Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc 2T, għalaq il-ġurnata fl-ewwel post.
Fl-ewwel Heat kellu l-aħjar ħin ta’ 2 minuti u 59.99 sekondi u fit-tieni Heat billi tejjeb il-ħin għal dak ta’ 2 minuti u 53.70 sekondi.
Fi Klassi B, kellna l-konferma taċ-ċampjin James Zahra fuq mutur Yamaha 250cc, segwit minn Matthew Gauci fuq mutur KTM 300cc.
Fl-ewwel Heat Gauci kien fuq quddiem b’ħin ta’ 2 minuti u 47.73 sekondi, filwaqt li Zahra rreġistra l-ewwel ħin tiegħu ta’ 2 minuti u 49.15 sekondi.
Fit-tieni heat rajna bidla fejn Zahra rnexxielu javvanza fil-ħin tieghu u rreġistra ħin ta’ 2 minuti u 43.69 sekondi.
Gauci għalaq il-ġurnata fit-tieni post b’ħin ta’ 2 minuti u 47.19 sekondi.
Fis-Sezzjoni Enduro, għal darb’oħra overall l-aħjar kien James Zahra fuq Yamaha bl-aħjar ħn tiegħu ta’ 2 minuti u 43.69 sekondi segwit minn Matthew Gauci fuq KTM bl-aħjar ħin tiegħu ta’ 2 minuti u 47.19 sekondi.
Fit-tielet post spicca Joseph Scicluna fuq Honda b’hin 2 minuti u 53.70.
L-Attivitajiet tal-ASMK sa jkomplu nhar il-Ħadd li ġej, mill-11 ta’ filgħodu, fejn se jsir is-sitt programm bil-karozzi Autocross (dawk Standard u dawk Modified).
Intant fil-Klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross wara ħames attivitajiet insibu lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo jinsab fil-quċċata tal-klassifika b’111 punt segwit minn Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b’108 punti. Fit-tielet post tal-klassifika naraw lil Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo b’77 punt filwaqt li fir-raba post naraw lill Jason Martin b’71 punt fuq VW Polo ukoll.