“Semmiet lil Muscat u lil martu 11,000 darba” – Tony Zarb dwar Daphne

Tony Zarb, l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ u l-eks konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qal li fil-blogg tagħha, il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, semmiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lil martu Michelle 11,000 darba.

F’wieħed mill-vloggs tiegħu, Zarb, li bħalissa huwa konsulent għall-Ministru Konrad Mizzi, qal ukoll li minkejja dan, Muscat baqa’ miexi jagħmel il-ġid bis-sostenn ta’ martu.

“L-iktar importanti li Daphne mhux se tiġi lura”

Fi vlogg ieħor, Tony Zarb irrimarka li minkejja x-xemgħat u l-fjuri b’rispett lejn Caruana Galizia,  “l-aktar ħaġa importanti hija li Caruana Galizia mhux se tiġi lura”. Zarb irrefera wkoll għad-delegazzjoni ta’ MEPs mill-Kumitat LIBE, li kienet Malta biex tinvestiga r-rispett lejn il-liġi. Qal li d-delegazzjoni kienet magħmula minn dawk li sejjaħ tradituri u li dawn għandhom jistħu li “ġabu dan it-tip ta’ nies f’Malta”. Insista li “Malta hi tagħna u ħadd mhux se jindaħlilna”.