“Semmejtha Moira” – Maria minn Innocent Paws

L-istorja li ġriet fuq il-midja soċjali dalgħodu dwar il-kelba li ġiet salvatha mit-toroq u li kienet mimlija demm ħolqot rabja kbira fost ħafna Maltin li ma waqfux jikkummentaw. L-aħħar rapporti dwar din il-kelba huwa li issa qed tiġi kkurata.

Maria D’Amato minn Innocent Paws tat l-aġġornament dwar din il-kelba u l-ewwel ħaġa kienet li semmietha Moira. Qalet ukoll li l-kelba hi friendly ħafna.

“Dejjem niskanta kemm dawn l-annimali ikunu fidili minkejja l-abbuż li jkunu sofrew,” qalet hi waqt li żiedet li issa se jaħdmu biex jiżguraw li l-kelba, wara li tirkupra, tmur f’dar fejn mhux se tkun abbużata u jkollha l-aqwa ħajja possibbli.

Hija rringrazzjat lil persuni li mill-ewwel għenu b’mod immedjat biex din il-kelba tiġi salvata, fosthom Moira Delia, kif ukoll l-Animal Welfare li kienu effiċjenti ferm beix il-kelb tinġabar biex tkun tista’ tibda tiġi kkurata.