Seminar intensiv għar-referees u l-assistenti

It-tema prinċipali tas-seminar, li sar f’nofs l-istaġun għall-uffiċjali tal-logħba tal-futbol, kienet il-motivazzjoni u x-xewqa għas-suċċess. Dan kien seminar intensiv li ġie organizzat mill-Kumitat tar-Referees tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.

Is-seminar sar fuq jumejn u ttella’ l-iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke bejn it-8 u 9 ta’ Jannar. Għas-seminar attendew numru sabiħ ta’ uffiċkali u referees.

Fost dawk li tkelmu waqt is-seminar kien hemm l-eks referee ta’ FIFA, l-Ungeriż Szolt Zsabo li qasam l-esperjenza tiegħu bħala referee internazzjonali. Hu kien għamel 13-il sena f’din il-kariga. Barra minn dan, b’kollox kien ir-referee għal 321 logħba fl-ogħla diviżjoni f’pajjiżu.

Is-seminar inkluda wkoll numru ta’ preżentazzjonijiet minn uħud li huma instructors kwalifikati mill-FA Maltija. Dawn tkelmu dwar il-konsistenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kooperazzjoni u l-importanza li taħdem f’tim, il-lingwaġġ non-verbali, il-personalità u l-fiżika.

Ġew analizzati wkoll xi logħob mill-kampjonati tal-adulti u taż-żgħażagħ. Dan sar bil-għan li jgħin lir-referees u l-assistenti jedukaw aktar lilhom infushom u jkompli jiżviluppaw bħala referees u assistenti.