Seminar ieħor dwar iċ-ċittadinanza Maltija

Dalgħodu f’Malta House, Londra, ittella’ seminar dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq fuq il-bżonn li l-innovazzjoni tibqa’ tkun iċ-ċavvetta għas-suċċess billi tinċentiva l-investiment u toħloq il-ġid.
Bħalma ġara ġimgħatejn ilu fi New York, għas-seminar attendew investituri b’kuntatti globali.
Is-seminar kien organizzat mill-kumpanija Henley & Partners bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Malti.