Seminar dwar it-teknoloġija u l-cloud networking

Diversi kelliema minn CISCO Meraki, kull wieħed espert fil-qasam tiegħu,  ġejjin Malta biex jagħtu preżentazzjonijiet waqt seminar dwar l-aktar teknoloġiji innovattivi tal-Cloud Networking. Ser  jittrattaw suġġetti relatati fosthom il-cloud strategy ta’ CISCO.  Wara jkun hemm preżentazzjoni live.
Organizzat minn ICT Solutions, is-seminar se jsir il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2015. Il-parteċipazzjoni bla ħlas hi miftuħa għall-professjonisti tal-IT. Dawk interessati jistgħu jirreġistraw onlajn fuq www.ictsolutions.com.mt.
“CISCO minn dejjem kienu minn ta’ quddiemnett fit-teknoloġiji tan-netwerking. Permezz tal-akkwist ta’ Meraki, CISCO ħadu t-teknoloġiji tagħhom ibbażati fuq il-cloud fuq livell ogħla u, b’mod partikolari, komplew jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq bħala l-mexxejja fl-iżvilupp tal-WIFI u network security area,” qal Liam Pace, il-Maniġer għas-Servizzi Kummerċjali ma’ ICT.
ICT qed tkompli tibni fuq il-professjonalità tagħna biex tippermetti lill-klijenti jittrasferixxu s-sistema tagħhom għal waħda cloud. Is-sħubija tagħna ma’ Meraki hi pass ieħor ’il quddiem f’din id-direzzjoni,” qal Pace.
Is-seminar se jsir bejn it-8.30am u s-1:30pm fil-lukanda Le Meridien, San Ġiljan u se jkun segwit minn networking lunch.
ICT Solutions hi kumpanija ewlenija Maltija għall-integrazzjoni tas-sistemi u premier partner ta’ CISCO. Tifhem sewwa l-ħtiġijiet differenti tal-kumpaniji u tintegra teknoloġija tal-IT u tal-komunikazzjoni biex toffri soluzzjonijiet reali għal dawn il-ħtiġijiet.
Il-kwalità u l-impenn tat-tim tal-ICT Solutions huma l-pilastri li fuqhom hi mibnija l-kumpanija għax dawn jiżguraw li din dejjem tilħaq il-livell mistenni mill-klijenti.