Seminar dwar il-kanċer tas-sider fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jorganizza seminar dwar il-kanċer tas-sider bħala parti mill-kampanja ta’ Pink October. Dan se jsir bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza u jkun hemm aktar nies li jagħmlu kuraġġ jiċċekjaw għal xi sinjali.

Il-kanċer tas-sider jaffetwa aktar minn 300 persuna fis-sena f’Malta u Għawdex. Dan jagħmel il-marda waħda mill-aktar komuni lokalment.

Jitkellmu waqt is-seminar se jkun hemm John Agius, kirurgu tas-sider, Salvina Zrinzo, radjologu konsulent, Mariella Bombagi, infermiera man-National Screening Unit, Esther Sant, il-President ta’ Action for Breast Cancer, Gertrude Abela, President ta’ Europa Donna u Doris Sciberras li se tkun qed  taqsam l-esperjenza tagħha wara li rkuprat minn kanċer tas-sider.

Is-seminar se jsir għada s-Sibt ġewwa s-sala Citadel Exhibition fir-Rabat Għawdex. Is-seminar se jibda’ fid-9:00am u jispiċċa fil-11:30am. Jekk tixtieq tattendi tista’ ċċempel fuq in-numru 2210 6513.