Seminar dwar il-fidi u l-post tax-xogħol

Waqt seminar dwar il-fidi u l-post tax-xogħol, rappreżentanti tal-partiti politiċi, ħaddiema u dawk li jħaddmu tkellmu dwar l-isfidi tan-nisrani fuq il-post tax-xogħol.

Is-seminar kien organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xoghol, ħadu sehem rappreżentanti ta’ setturi differenti tas-soċjeta’, fosthom il-Bank Ċentrali, il-Koperattiva Rurali, il-Partiti Politiċi u t-Trade Unions.

Id-Deputat Laburista Carmelo Abela wera t-tama li l-politiċi jgħixu l-fidi fil-politika wkoll. Semma l-bżonn li l-ekonomija ikollha wiċċ uman, li tpoġġi lil bniedem fiċ-ċentru. Qal li l-krizi ekonomiki seħħet meta l-bniedem tqiegħed fil-ġenb.

Il-President tal-GRTU, Paul Abela qal li n-nisa m’għandhomx ikunu imġiegħla jaħdmu u semma kif il-media tipprova trażżan li nistqarru l-fidi tagħna.

Fi tmiem is-seminar, l-Arcisqof Pawlu Cremona tkellem dwar ir-rwol tan-Nisrani li kulturalment jbiddel ir-realta’ ta’ madwaru, fejn fisser kif fuq il-post tax-xoghol, l-aċċenn għandu jkun fuq il-ħaddiem għaliex dan huwa xbieha ta’ Alla. L-Arċisqof qal ukoll li daqskemm hu qaddis ix-xogħol, daqshekk ukoll huwa qaddis il-mistrieħ.